Untitled Document
Michael Cini – Preżenza – €10

Inti temmen fil-ħares?

Minn meta jkollu jmur joqgħod man-nanna, Timmy jibda għaddej minn esperjenzi kemxejn strambi. Biss, meta darba minnhom jintebaħ li l-id ta’ xi setgħa misterjuża tkun salvatu minn inċident gravi, jirrealizza li f’dik id-dar, żgur li ma kinux waħedhom.

Meta jikber, jiskopri li fil-familja tiegħu, u proprju fid-dar tan-nanna, ħafna snin qabel kienet seħħet traġedja li ħalliet konsegwenzi koroh – aktar milli wieħed jista’ jimmaġina!

Min kien dak it-tifel żgħir li kien għeb taħt ċirkustanzi misterjużi? U issa wara daż-żmien kollu, x’riedet omm iċ-ċkejken mingħand Timmy biex forsi sa fl-aħħar, ruħha setgħet issib il-mistrieħ ta’ dejjem?

prez
Untitled Document