Untitled Document
Carmel Scicluna – Feruti – €10

L-INKWIET … tfajla tikkonvinċi lill-bojfrend tagħha biex joħroġ ma’ ħabibitha.

L-UĠIGĦ … klandestin isib ners li ma tistax tinqabad tqila li  troddlu dak li qatt ma sab fl-aħħar waqtiet ta’ ħajtu.

IL-WAĦX ... tifel imdorri jilgħab ma’ sieħbu bis-skieken u b’arma tan-nar meta joħorġu l-ġenituri tiegħu.

IN-NUQQAS TA’ SLIEM … wirt ta’ dar qadima
mimlija intriċċi.

IR-RIMORS … omm singla tirrealizza kif l-eroina
ħadet post it-tarbija tagħha għal kollox.

L-IMĦABBA XXAQQAQ IL-QALB … tfal żgħar
bil-marda ma taħfirx li jagħtu l-pupi favoriti tagħhom
lill-infermiera li tieħu ħsiebhom.

Dawn u oħrajn isawru din il-ġabra mill-pinna ma tafx tistrieħ ta’ Carmel SCICLUNA. Stejjer li jirriflettu t-tiġrib tagħna lkoll: bnedmin imweġġgħin, imħabbtin, u  għatxanin għall-imħabba u għall-verità.

fer
Untitled Document