Untitled Document
Id-Djarju ta’ Darba f’Sena – Lorraine Galea – €8

Omm Kaymee tagħmel patt. Fid-djarju tagħha, tista’ tikteb biss darba f’sena. U kull sena tagħżel l-istess ġurnata partikolari.

Fiha tesprimi l-ħsibijiet u l-osservazzjonijiet tagħha rigward dak li jkun qed jiġri matul il-jum, kif ukoll xi ġrajjiet sinifikanti li għexet fil-passat, uħud li hi kburija bihom, oħrajn li xtaqet li seħħew b’mod differenti. Niltaqgħu ma’ mumenti ta’ ferħ, niket, sodisfazzjon, qtigħ il-qalb, u sentimenti oħra li taf toffri l-ħajja.  Matulhom, naraw kif omm Kaymee tipprova tgħaddi prinċipji importanti lil bintha matul is-snin. Fl-istess ħin, l-awtriċi tad-djarju toħloq kritika lil diversi oqsma fis-soċjetà, li jaffettwaw direttament lil kull ċittadin f’pajjiżna.

Liema ġurnata tagħżel l-awtriċi tad-djarju biex tikteb fiha? X’inhu eżatt dan il-patt, li dam għaddej ħdax-il sena? Kif jispiċċa? Taqbel mal-kritika tal-awtriċi? U fuq kollox, jirnexxilha omm Kaymee tnissel f’bintha l-valuri li taħseb li huma tajbin għaliha?

djarju
Untitled Document