Untitled Document
L-Istorja Tiegħi – Darren Agius – €8

‘L-istorja tiegħi’ hi storja pjaċevoli ta’ Malti li jkollu x-xorti li jivjaġġa fiż-żmien, iżur avvenimenti storiċi importanti fl-istorja tagħna, uħud magħrufin bħall-Assedju l-Kbir u s-Sette Giugno u oħrajn inqas magħrufin bħal ħbit tal-1429 u dak tal-1614 u jirrakkuntalek l-effetti tagħhom fuq missirijietna. 

‘L-istorja tiegħi’ jipprova permezz ta’ storja avvinċenti, jqajjem kuxjenza fuq ir-rebħ u t-telf li ġarrab il-poplu tagħna.

Il-Malti li jagħzel li jinjora l-istorja tiegħu, ma jistax ikollu futur sabiħ. Jekk tinsa t-tagħlim tal-passat u tgħawweġ jew ma tfakkarx il-ġrajjiet l-aktar importanti tal-eżistenza tiegħek, tkun qed tinża lilek innifsek.

‘L-istorja tiegħi’ hi l-istorja tagħna lkoll. L-istorja tagħna parti minna u aħna nagħmlu parti mill-istorja tagħna.

stor
Untitled Document