Untitled Document
Tony C. Cutajar – Ostaġġ tat-Tielet Reich – €13

Storja ta’ Fey Von Hassel. Miġjub għall-Malti minn Tony C. Cutajar

Hija l-aħħar sena tat-tieni gwerra dinjija, waqt li l-Ġermanja ta’ Hitler tinsab ħuġġieġa waħda. Il-mexxej infami tal-SS, Himmler, iżomm fil-kampijiet tal-mewt, bħala waħda mill-kundizzjonijiet għal ftehim, numru ta’ nies prominenti u l-familji tagħhom. Kollha huma meqjusa bħala għedewwa tat-Tielet Reich, għalhekk jinżammu bħala ostaġġi ta’ Himmler u ta’ Hitler.

Din hija l-istorja personali ta’ waħda minn dawn l-ostaġġi, is-sbejħa Fey von Hassell, ta’ ħamsa u għoxrin sena. Missierha, l-ambaxxatur Ġermaniż għall-Italja, jiġi maqtul għax kien involut f’attentat fuq ħajjet Hitler. L-SS jieħdu ż-żewġt itfal żgħar ta’ Fey f’post sigriet meta jarrestaw lil ommhom. Filwaqt li żewġha Detalmo jingħaqad mar-Reżistenza, Fey tittieħed f’vaguni tal-bhejjem mill-Ġermanja sal-Polonja u lura, tinżamm f’kampijiet ta’ konċentrament u tispiċċa fil-kampijiet tal-mewt ta’ Dachau u Buchenwald.

Kien miraklu kif Fey ħarġet ħajja minn din l-esperjenza tal-biża’. Iżda mbagħad tgħaddi minn taqtigħ il-qalb kbir hi u tfittex għal uliedha żgħar. Tkun ommha li fl-aħħar jirnexxilha ssibhom f’istitut tan-Nazi fl-Awstrija, b’kunjom differenti.

Dan huwa rakkont storiku li jqanqal iżda wkoll li jwaħħax; rakkont ta’ kuraġġ u determinazzjoni minkejja l-ostakoli u l-inkejja tan-Nazisti. Hija storja dwar id-dinjità tan-natura umana kontra l-atroċitajiet ta’ nies ambizzjużi u ddisprati.

 

ostag
Untitled Document