Untitled Document
Mario Azzopardi – Epistoli mid-Deżert – €13

Il-kelma tas-seħer liberatorju

Mat-tokki tas-sebgħin sena tiegħu, Mario Azzopardi (t. 1944) jerġa’ jitfaċċa bi xbihat disturbanti, ta’ erotiżmu mistiku, sesswalità suġġestiva u tendenzi apokalittiċi.  Minn enigma sa ironiji u paradossi.

Il-varjetajiet u l-personifikazzjonijiet ironiċi tiegħu għadhom hemm, kif draw jaqrawhom (u jfittxuhom) tant qarrejja.  L-awtur qatt ma beża’ jitkellem dwar ir-realtajiet kontemporanji
ta’ żmienu, bil-bniedem dejjem fiċ-ċentru tal-kontradizzjonijiet.

Fil-fatt, il-provokazzjoni għadha hemm, l-istess kif għadu hemm il-konfront mas-siti tal-burokrazija qattiela u l-poter oppressiv.

Imbagħad hemm l-infiltrazzjoni kostanti għal xi tfittix ta’ ritwalità elusiva li l-poeta dejjem baqa’ jfittex għalxejn. Madankollu, jiġri matul l-antoloġija jingħaraf sottokurrent ta’ seħer liberatorju.

epistoli
Untitled Document