Untitled Document
Monsinjur Victor Grech – Bejn Storja u Miti – €25

 

Lanqas persuna li tħaddan ideat antiklerikali jew viżjoni sekulari ma tista’ ma tosservax l-enerġija ta’ Monsinjur Victor Grech li għalkemm tela’ diversi skaluni ’l fuq fil-ħajja ekkleżjastika u klerikali mhux talli ma għamilx karriera mis-saċerdozju tiegħu imma għall-kuntrarju għex man-nies u għan-nies. Ħajjet Dun Victor Grech ma waqfitx fuq il-pulptu. Ma waqfitx fis-Seminarju fejn qeda dmirijietu bħala Viċi Rettur u Rettur bejn l-1956 u l-1977; żmien li fuq kollox ra l-quċċata u t-tmiem tal-veskovat tal-Arċisqof Gonzi. Fuq kollox welled il-Caritas kif nafuha llum, istituzzjoni li tant għamlet u għadha tagħmel ġid u li l-pajjiż tant jemmen fiha. Dan il-ktieb jiċċelebra l-ħamsa u tmenin sena attivi ta’ Dun Victor Grech, is-saċerdot li għex il-ħajja u l-vokazzjoni tiegħu bl-iktar mod intens.

mons
Untitled Document