Untitled Document
Paul P. Borg – …maqful fil-ħabs ta’ ġbini… Il-Poeta ta’ tbatija Carmel Attard – €35

 Din hi l-ġrajja tal-poeta Carmel Attard li l-Letteratura Maltija għadha ma sabitlux in-niċċa li tixraqlu. Attard għadda ħajja mimlija tbatija mentali minħabba saħħtu, u minħabba stigma soċjali kiefra. 

Din hi l-ġrajja ta’ bniedem-poeżija, ġwejjed u qalbieni, li ried jgħix hieni f’soċjetà li m’aċċettatux dejjem kif kien u fuq kollox ma ħallitux isib l-imħabba bl-għażliet intimi li ried jagħmel.

F’din il-bijografija, l-ħabib tiegħu Paul P. Borg jimxi miegħu sa mit-tfulija fil-bitħa tal-Mużew, u jikxef għall-ewwel darba l-umanità fid-dramm tal-ħajja f’Sant Anton, f’tifel ta’ tmien snin, fis-salott id-dar, fit-toroq tal-Qawra u ta’ Ħal Balzan, fl-isptar Monte Carmeli

Paul P. Borg b’hekk juri kif sieħbu Carmel Attard, il-poeżija mhux kitibha, imma għexha b’intensità kbira.

carm
Untitled Document