Untitled Document
Ġorġ Peresso – Il-Mara ta’ Dlielha Twil – €10

 Ġorġ Peresso bi ktieb ieħor ma’ Horizons… imma b’differenza

Bi stil poetiku u mistiku, realistiku  u senswali, kritiku u analtiku, l-awtur iqiegħed quddiemna l-figura ta’Marija Madalena, li ż-żmien, il-leġġendi, l-għajdut, il-preġudizji, u l-ispiritwalità  niġġsu u żejnu skont iċ-ċirkustanzi.

Imma min kienet  Marija ta’ Magdala? X’rabta hemm, jekk hemm, ma’ nisa oħra bħal Il-Midinba u Marija ta’ Betanja?  Kienet min kienet sewwa sew,  nafu li  kienet mara li ħafna ħabbet u  ħafna kienet maħbuba. U fiha tiġbor kwalitajiet mill-isbaħ li Kristu sawwab fuq nisa li kienu qrib tiegħu. Nafu li Marija ta’Magdala, kienet min kienet,  sfidat l-arroganza  u l-għajb u qagħdet ma’ Marija Omm Ġesù ħdejn is-salib. U ewlenija bakkret biex tfewwaħ il-ġisem tal-Imgħallem maħbub. U sabitu diġà mfewwaħ  u mdawwal bis-sbuħija tas-Sema.    U saret, kontra kull tradizzjoni Lhudija, ix-Xhud ewlenija tal-Qawmien.

Marija ta’ Magdala sfortunatament hi meqjusa  l-aktar bħala protettriċi tal-prostituti. Hi aktar min hekk. Hi l-Mara protettriċi ta’ dawk li huma vittmi tal-prostituzzjoni tal-arroganza. 

 

dlielha
Untitled Document