Untitled Document
Edgar Formosa – Insaniam €12

Xi jgħidu fuqu n-nies qatt ma ta kas … imma demmu kien ibaqbaq u kien iħossu se jisplodi meta kien jintebaħ li jaħsbuh miġnun … li jittimbrawh miġnun. Imma kif ħadd ma kien jifhmu? Ħadd ma seta’ jidħol fil-garigori ta’ moħħu, ta’ qalbu, u jifhem …

L-irqad ma għadux il-ħabib tiegħu … Ħsebijiet tqal, li jkidduh, li jxekkluh. X’il-mniefaħ ġara bejnu u bejn martu? Kif ma baqgħetx ir-Rachel ħelwa li jaf hu? Xi ħdura! Kif tbiddlet!!!! U biddlet lilu … . Il-‘Jien’ tiegħu se jibqa’ l-istess? Se jibqa’ jagħraf lilu nnifsu? Se jegħleb il-‘jien’ tagħha? Min se jirbaħ fl-aħħar mill-aħħar?

Imgħaddab. Diżilluż. Ħajja bla tama. Dwejjaq kbar. Leħen li jdurlu fil-garigori ta’ moħħu. Li jkiddu, u jkasbru, u jgħakksu. Ma jistax jeħles minnu. Ma jafx kif. Sejba mhux mistennija ssaħħru. Taħfnu. Tbiddillu ħajtu. F’kollox. U għal kollox. Issa fl-aħħar ħassu qawwi … xi ħadd …

U int????

             U int????

                          U INT????

Iskot u isma’ …

Intbaħt bil-ġenn li hemm jitliegħeb fl-irkejjen mudlama u suwed ta’ moħħok?

Ammetti …

Shhhh … iskot …

Shhhh … isma’ …

Ħaddnu miegħek bħallikieku hu ħabibek.

Mhux kollox ridt taċċetta?

Mela għannaq lil dan il-ġenn.

Ħallih ikun hu d-dawl li jmexxik …

Ma tridx tibża’ minnu.

Ma tridx tobogħdu.

Imma agħtih il-ħajja …

Stejqru …

Itimgħu …

       Itimgħu …

              Itimgħu …

                     U ħallih imexxik … … …

 

insan
Untitled Document