Untitled Document
Mattia

Is-sensiela Mattia se tiċċelebra l-ġenju tal-artist Barokk Taljan Mattia Preti. Imwieled fir-raħal żgħir ta’ Taverna fil-Kalabrija, l-Italja. Preti sfida ċ-ċokon tal-lokalita tiegħu u sar attur primarju fil-kamp tal-arti internazzjonali. Matul din is-sensiela se nistħarrġu l-kisbiet tal-pittur Kalabriż b’enfażi fuq l-impatt li ħalla Malta. Il-fatt li Preti dam Malta 40 sena fisser mewġa importanti għall-iżvilupp tal-arti f’Malta. Fil-fatt hu magħruf li Preti halla warajh madwar 400 opra artistika f’Malta.

Preti wara kollox f’Malta kellu bottega tajba bizzejjed maghmula minn artisti Maltin u barranin u hekk setghu jassistuh fin-numru kbir ta’ kummissjonijiet li ha. Dawn il-kummissjonijiet se jkunu c-centru ta’ din is-sensiela li se tiehu l-forma ta’ doku-drama minghajr ma titlef l-ghajn kritika u edukattiva.

Galadarba Mattia Preti ddommina tista’ tghid madwar nofs seklu ta’ Barokk Malti, it-telespettaturi se jkollhom l-opportunita li jgawdu xalata shiha ta’ kuluri u persunaggi fuq it-tila pprezentati b’mod frisk u haj mill-kumpanija Horizons.

Din is-sensiela ser tkun qed tippreżenta l-ħajja tal-kalabriż, kemm bi spjegazzjonijiet storiċi, interventi ta’ nies meqjusa esperti f’dan il-qasam, kif ukoll b’siltiet drammatici.

Is-sensiela se tpoggi lil Preti f’kuntest. Se taghti harsa lejn l-arti ta’ zmienu bil-protagonisti ewlenin Maltin u barranin kif ukoll se tiffoka fuq zmien Preti mil-lat politiku, socjali, u ekonomiku. Din l-epoka wara kollox rat zminijiet vibranti rizultat tal-prezenza tal-Ordni ta’ San Gwann f’Malta li biddlet lill-gzira minn art vojta u kwazi abbandunata ghall-fortizza ewlenija fil-Mediterran. Bis-sahha tal-Ordni, Malta titpogga fuq il-mappa Ewropea mhux biss dik politika imma anki artistika. Preti hu xhieda ta’ dan.

Din is-sensiela qed tkun mtella’ fid-dawl tal-400 sena mit-twelid ta’ Preti. 

mattia
Untitled Document