Untitled Document
Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2014

Rebbieħ fil-kategorija Riċerka Umanistika fl-edizzjoni tal-Premju tal-Ktieb għall-2014.

Mario Azzopardi – Verġni Sagri, Demonji u Boloh ghal Alla 

Il-ktieb – ippubblikat minn Horizons -  jindaga r-rabta bejn l-element reliġjuż u t-teatrikalità.  Dan hu suggett oriġinali għal kollox, kemm mill-aspett reliġjuż kif ukoll mil-lat teatrali. It-taqsimiet tal-ktieb janaliżżaw aspetti reliġjużi u mistiċi li jokkorru fix-xogħlijiet kbar ta’ awturi bħal Dante, Milton, Shakespeare, Dostoevski kif ukoll persunaġġi qaddisa bħal Hrotsvita von Bingen,  Teresa minn Avila, Juan de la Cruz u Don Giovanni Bosco.

Verġni Sagri jinkludi wkoll drammatizzazzjoni ta’ skandlu li kien seħħ fis-Seklu Sbatax meta patri Ġiżwita kien akkuzat li sseduċa mara li kienet tqerr għandu. Il-ktieb ta’ Azzopardi jorbot flimkien b’mod organiku aspetti soċjo-politiċi, psikoloġiċi, kulturali u reliġjużi fl-Ewropa miż-żminijiet tan-nofs sas-seklu XX.  Kien l-uniku ktieb bil-Malti fil-kategorija tar-Riċerka Umanistika għall-edizzjoni tal-Premju 2014.  L-iskop, jgħid l-awtur, kien li jitwassa’ l-lingwaġġ speċjaliżżat bil-Malti, f’qasam li żgur mhux esplorat biżżejjed u li jsostni l-istudji teatrali f’pajjiżna.

Untitled Document