Untitled Document
Sergei Kourdakov – Aħfirli Natasha – €12

Maqlub għall-Malti minn Paul Callus

Sergei Kourdakov trabba fir-Russja Komunista. Kien żagħżugħ promettenti u kapaċi, li fdawlu f’idejh skwadra speċjali tal-Pulizija Sovjetika. Kien imexxi attakki ħorox fuq l-Insara – dawk li mingħalih kienu l-għedewwa tal-Istat. Kien il-kuraġġ tat-tfajla Natasha, li kien sawwatha bil-kbir, li fetaħlu għajnejh. Daħħal f’moħħu li jaħrab mir-Russja u jsir jaf aħjar lil Alla.

Dan il-ktieb hu xhieda ta’ kemm Alla għandu setgħa li jibdel il-ħajja ta’ bniedem. Rakkont uniku u grafiku tal-ħajja f’orfanatrofju Sovjetiku, u ta’ tfulija u żgħożija msejsa fuq sistema Komunista li sawritlu l-ideali tiegħu, iżda li finalment qerditlu l-illużjonijiet li kellu.

ahfirli natasha book
Untitled Document