Untitled Document
Lina Brockdorff – Katrina – €11

F’lejla kiesħa f’nofs Jannar, f’ħalba xita qawwija, Katrina tkun ħierġa mill-Belt u qed tlebbet biex taqbad il-karozza tal-linja għal Birkirkara. Idejha inġazzati, lanqas il-flus ma setgħet toħroġ mill-portmoni. Warajha, nies jistennew fix-xita biex jidħlu fil-karozza warajha…

B’danakollu, dakinhar qabel raqdet kitbet hekk fid-djarju tagħha: Din tal-lejla hija esperjenza ġdida, li nittama ma ninsieha qatt…

X’kien hemm qed jistenna lil Katrina wara dik il-lejla? L-imħabba għandha ħabta tinbet meta l-inqas tkun qed tistenniha. Iżda x’jiġri meta l-imħabba ssib kollox kontriha? Meta saħansitra jkun hemm fin-nofs ġlieda ħarxa għax tidħol il-politika partiġjana biex tifred il-familji?

Kemm hu veru dak li jgħidu li l-qalb ma tafx b’raġuni għax tirraġuna b’mod stramb u mhux dejjem loġiku? U f’nofs dat-taqlib kollu, xi jsir minn Katrina u mill-maħbub tagħha Philip? Jirnexxilha tibqa’ tiftakar u tgħożż dik il-lejla tax-xita f’nofs Jannar?

katrina
Untitled Document