Untitled Document
Tony C. Cutajar – Malik-Marku – €9

Wara l-Assedju l-Kbir mhux it-Torok kollha marru lura lejn pajjiżhom. Xi wħud baqgħu mistoħbija Malta biex ipattu għat-telfa li ġarrbu; isibu kastell imwaqqa’ u abbandunat, u jgħixu fih waqt li jwerwru lin-nies tal-Kottonera. Grupp ta’ Maltin jiddeċiedu li jieħdu l-liġi f’idejhom u jfittxuhom sakemm jaqbduhom. Isiru ħbieb ma’ żagħżugħ Tork imweġġa’, li jkun maħqur minn sidu. Dan jiġi addottat minn familja, isir Nisrani bl-għajnuna ta’ wieħed mill-Kavallieri, u minn Malik isir Marku.

 

malik
Untitled Document