Untitled Document
Salv Sammut – Xbihat fuq it-Tila – €12

F’din il-ġabra ta’ novelli, b’daħla kritika ta’ Frans Sammut, il-qarrej se jsib firxa sħiħa ta’ emozzjonijiet li għajr għal waħda, huma kollha rejali fit-tpinġija tal-ħajja ta’ kuljum bħalma huma: nostalġija għal żmien maħrub, diżappunt, telfien tal-innoċenza tat-tfulija, ingratitudni, manipolazzjoni ta’ lejaltà, relazzjoni projbita u ttraduta, xenqa għal ħajja mitlufa, ipokresija, il-qrusa ta’ telfa politika, id-diżullużjoni, abbuż fuq minorenna,  il-marda tal-użura, il-vendetta, il-kisba lura tas-sesswalità u l-altruwiżmu.

xbihat new
Untitled Document