Untitled Document
Stephen Lughermo – X’Aħna Smart – €7

Sa dakinhar li tfaċċa Robert, Sarah ma kellha kważi ’l ħadd. Mhux ta’ b’xejn li kienet tifnini bix-xogħol u qatt ma titlaqni minn idejha. Iżda issa kien ġie Robert. Issa kien hemm hu maġenbha, isaħħarha għal warajh u jpinġilha xi pittura minn tiegħu. Bih f’ħajjitha, stajt nieħu ftit tan-nifs u noqgħod bi kwieti.

Iżda għarrali bl-ikrah! Minflok serħan, dan Robert ma ġabli xejn ħlief aktar xogħol, stress u nkwiet. U meta sparixxa bla mistenni, sibt ruħi mdaħħal ma’ Sarah f’każ li jinvolvi l-passat t’ommha, xi fotografi qarrieqa u Sqalli li ħalef li jaqsamni f’elf biċċa. Kien wasal il-waqt li nuri li jien tabilħaqq smart…

x'ahna smart
Untitled Document