Untitled Document
Jacqueline Mizzi – Esperjenza Unika, Love – €11

Kull sajf kien jibda dejjem bl-istess mod. Elisa tistħi minn Robert u Marco. Marco jistħi minn Elisa u Ruth. Ruth tistħi minn Marco, u Robert jistħi minn Elisa…

Mhux ta’ b’xejn għandi 15-il sena u għadni qatt ma bist tfajla suret in-nies! Għax bewsa fil-logħba kastigi ma tgħoddx man! - Robert

Kemm jgħidu xorti sħabi. Ma jistgħux jaraw mara. Moħħhom fuq kif iċċaqlaq il-patata dik jew kif tidher l-iskullatura tal-oħra meta titbaxxa xi ftit. U jien?! Boqq!! - Marco

Tara xi waħda qisha stikka, imbagħad tara lili b’patatti qisha ħobża tal-Malti u minn kuxtejja u żaqqi toħroġ ikla laħam u xaħam għal 12-il ruħ!! - Ruth

Irrid nibki. Irrid norqod ħa ninsa. Imma ’qas fil-ħolm ma jsir dan. Għax il-ħolm mhu xejn ħlief kontinwazzjoni tar-realtà… - Elisa

Fuq kollox il-ħajja hekk. Nafu li nistgħu inweġġgħu ma’ kull pass li nagħmlu iżda xorta nieħdu r-riskju.

esperjenza
Untitled Document