Untitled Document
Roderick (Rigu) Bovingdon – Laurent Ropà – €12

Il-ġrajja dwar il-protagonist ta’ din il-preżentazzjoni, Laurent Ropà tifrex biswit il-qarrejja l-esperjenza komuni ta’ min iħalli ’l pajjiżu għal futur aktar promettenti. Il-qagħda minuskuli  ta’ pajjiż il-Maltin minn dejjem kienet tippreżenta sfidi kbar liċ-ċittadin li ma jixtieqx kieku jabbanduna għal dejjem lil pajjiżu.

Id-deċiżjoni li jsiefer, meta tittieħed, taf tisfa fi progress kbir. Min-naħa l-oħra taf ukoll tkun għajn kontinwa ta’ qtigħ il-jies, diżappunt u ġieli wkoll traġika. – F’dan it-trattat il-qarrej jiltaqa’ maż-żewġ egħjun: kemm il-qares u sija l-ħelu.

L-individwu Laurent Ropà hawnhekk jispikka b’xempju ta’ Malti (Għawdxi) li minkejja li nfatam minn pajjiżu huwa rnexxielu jissiefaħ ‘il fuq, lilhinn mill-belligħat ħorox li l-ħajja tal-imsiefer taf tisqik, sabiex mhux biss irnexxa iżda sar portavuċi kolta għall-Maltin imbiegħda; wieħed mill-bosta reklami sbieħ lin-nazzjon ċkejken tagħna l-Maltin fil-familja tal-ġnus mondjali.

Il-posterità nazzjonali Maltija ma kinitx rgħiba ma’ dan il-patrijott għalkemm jidher li jista’ jsir aktar sabiex il-frott fin li ħallielna mhux biss ma jintesiex imma jibqa’ apprezzat fis-swali kolti ta’ ġensna.

laurent ropa
Untitled Document