Untitled Document
Lina Brockdorff – Mal-Fwieħa tal-Ward – €12

Huwa jum l-anniversarju ta’ meta Julie u Gordon bdew joħorġu flimkien; Julie kważi nsiet. Spiss issaqsi lilha nnifisha għaliex ma tantx tħossha miġnuna fuq Gordon kif soltu jagħmlu t-tfajliet fuq il-maħbub tagħhom. Tiddeċiedi li hi mhix normali … sa ma tiltaqa’ ma’ xi ħadd li tiġġennen fuqu u … li ma jista’ qatt ikun tagħha!

Problema oħra tinqala’ meta hi bla ħsieb ta’ xejn issaqsi ’l ommha għaliex baqgħet tifla unika, bla aħwa. Min qatt kien jistenna dik l-istorja kollha li ħarġet biha ommha! Fuq kollox, wara li saret taf dik it-traġedja tat-tnissil tagħha, dan kellu għax jinkwetaha?

Tgħid id-destin kiefer tagħha kien biħsiebu jibqa’ jsus warajhasa ma jeqridha għalkollox? X’tama kellha li xi darba tingħaqad ma’ dak li qalbha ġġennet warajh?

fwieha
Untitled Document