Untitled Document
Charles Briffa – Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija – €40

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija jippreżenta approwċ ta’ sfida għal kif wieħed jaħseb fuq it-traduzzjoni Maltija. Huwa kors ta’ qari komprensiv fuq il-kwalità ta’ traduzzjoni Maltija, waqt li joffri spjegazzjonijiet ċarissimi fuq problemi teoretiċi involuti fis-suġġett tal-istudji tat-traduzzjoni.

Fih medda wiesgħa ta’ suġġetti bħal:

  •  il-ġrajja storika tat-traduzzjoni Maltija
  • bixriet kulturali fit-traduzzjonijiet Maltina
  • xejriet teoretiċi mħaddmin mit-tradutturi Maltin
  • xeħtiet letterarji fil-Malti bħala lingwa mira

U kull wieħed minn dawn is-suġġetti jinfetaħ, bħal murtal tal-ftuħ, f’topiks oħra bit-temi u l-argumenti tiegħu.

Fil-qofol tiegħu l-ktieb jimplika li l-ħidma tat-traduttur

  • titlob ħakma xierqa ta’ żewġ lingwi
  • fiha struttura progressiva
  • tinvolvi teħid ta’ deċiżjonijiet fuq strateġiji
  • taf tkun attività kreattiva

Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija huwa għal dawk li jridu jaħdmu fil-qasam tat-traduzzjoni: studenti, professjonisti, riċerkaturi, awturi, xandara, u tradutturi.

traduzzjoni
Untitled Document