Untitled Document
Lorraine Galea – Jien, bħalek. Differenti. – €14

Din l-istorja tirrakkonta, b’deskrizzjonijiet dettaljati, esperjenzi li jgħaddi minnhom Jerome, ġuvni b’diversi diżabilitajiet, fi ftit xhur minn ħajtu. L-istorja teħodna f’postijiet differenti, imma prinċiparjament l-iskola u d-dar, fejn hu jqatta’ ħafna mill-ħin tiegħu.

Jerome, qisu biex ipatti għad-diżabilitajiet tiegħu, huwa osservatur eċċellenti ta’ dak li jkun għaddej madwaru, ta’ dak li jista’ jara u anke ta’ dak li ħafna ma jirnexxilhomx jaraw, għalhekk kull episodju hu mżejjen bis-sensi li huwa jesperjenza. Ma jonqsux ukoll li jfiġġu f’Jerome emozzjonijiet varji, bħal kwalunkwe bniedem ieħor.

Permezz ta’ dan ir-rakkont, naraw li Jerome, u forsi anke nies oħra b’diżabilità, jifhmu dak li jkun qed iseħħ madwarhom b’mod iktar ċar u dettaljat minn kif kultant naħsbu aħna. Għalhekk għandu l-potenzjal li jgħin lill-qarrej japprezza u jifhem iktar kif għandu jġib ruħu ma’ nies bħall-protagonist ta’ din l-istorja.

differenti
Untitled Document