Untitled Document
Charlò Camilleri – Tattwaġġi Poeżija 1996-2016 – €12

Charlò Camilleri (1975), Karmelitan, iggradwa fil-Filosofija u l-Istorja tal-Arti (1997), fit-Teoloġija (2000) u speċjalizza fit-Teoloġija Pastorali (2002) u t-Teoloġija Spiritwali (2007). Huwa wkoll irċieva d-Diploma CIFS fl-2004. Huwa awtur ta’ diversi kotba u artikli kemm fuq livell speċjaliżżat u akkademiku kif ukoll għall-pubbliku in ġenerali. Huwa lettur fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, kelliem mistieden kemm f’pajjiżna kif ukoll ’il barra minn xtutna, Direttur Eżekuttiv tal-Carmelite Institute Malta, riċerkatur imsieħeb maċ-CISMAF u fil-Bloemfontein Free State University u Delegat tal-Arċisqof għall-Ordo Virginum fid-Djoċesi ta’ Malta.

 

Għal qalbu fil-binja tal-ħsieb u l-viżjoni tal-ħajja hija l-interdixxiplinarjetà bejn l-oqsma tal-għerf u l-aktar fi djalogu mat-Teoloġija. Imbuttat minn nies tal-letteratura u ħbieb aċċetta li joħroġ din l-ewwel damma ta’ poeżiji mitbugħa mill-pinna tiegħu li timraħ fuq medda ta’ għoxrin sena.

tattwaggi20
Untitled Document