Untitled Document
Joe P. Galea – Bla Qiegħ – €12

Fl-għatx għall-qofol, għas-sens,
il-poeta jgħawwar sa fil-qalba ta’ ruħu.
U mit-togħma tat-trab f’ħalqu
tleħħ l-intuwizzjoni:
Alla hu,
u ma jinħakimx mis-sensi.

Għal min hu sensibbli biżżejjed
din il-poeżija hija vjaġġ –
mill-jasar tal-jien
għal-libertà tal-Int,
mid-dlam tal-qigħan
għall-quċċata tad-dawl.

bla qiegh
Untitled Document