Untitled Document
John Buchan – Id-39 Tarġa – €12

Maqlub għall-Malti minn Eman Bonnici.

 

Londra. Mejju tal-1914. L-Ewropa viċin l-Ewwel Gwerra Dinjija. Richard Hannay, Skoċċiż imrobbi fir-Rodeżja – iż-Żimbabwe tal-lum – jinsab fil-kapitali Ingliża fejn darba fost l-oħrajn isib lil ċertu Amerikan bl-isem ta’ Franklin Scudder quddiem il-bieb tal-appartament tiegħu. Scudder, fotografu u spija bla ebda rabta ma’ xi grupp jew pajjiż partikolari, kellu f’idejh informazzjoni partikolari dwar kumplott imfassal minn grupp ta’ spiji Ġermaniżi, “Il-Ġebla s-Sewda”, li l-għan tagħhom kien li jqarrbu l-kunflitt imsemmi bl-aktar mod makakk possibbli. Hannay isib lil Scudder mejjet fl-appartament u jiddeċiedi li jissokta għaddej bit-tiftix minfloku. Bl-ispiji Ġermaniżi u l-pulizija jiġru warajh, li fost sensiela sħiħa ta’ avventuri, il-personaġġ tagħna jeħtieġlu jsolvi s-sinifikat tad-“39 Tarġa” … waħdu u malajr kemm jista’ jkun!

Maħdum film erba’ darbiet, bl-ewwel wieħed lura għall-1935 taħt id-direzzjoni tal-famuż Alfred Hitchcock, dan il-film kien ikklassifikat bħala r-raba’ l-aqwa film Ingliż tas-seklu għoxrin mill-British Film Institute fis-sena 2004.

books28-2
Untitled Document