Untitled Document
Cyril Axelrod – U Jibda l-Vjaġġ – €15

Maqlub għall-Malti minn Fred Bezzina

  • Twieled ma jismax u Lhudi – madankollu sar qassis Kattoliku.
  • Ma setax jimxi qabel kellu tliet snin – madankollu ħidmietu nxterdu f’ħames kontinenti.
  • Ma setax jitkellem qabel kellu disa’ snin – madankollu għandu għarfien ta’ ħmistax-il lingwa.
  • Trabba taħt l-apartheid – madankollu kien minn tal-ewwel li wettaq ħidma multirazzjali.
  • Tilef id-dawl – imma qatt ma tilef  il-viżjoni tiegħu.
  • Issa hu kemm deaf kif ukoll blind – imma ma hemm l-ebda ostakolu għall-fidi tiegħu u għal ħidmietu.

 

‘Dun Cyril Axelrod ta kontribut uniku u profond lid-dinja … mhux minkejja n-nuqqas tas-smigħ u tad-dawl imma minħabba fih. L-istorja tiegħu tqanqal u tispira u hi l-vjaġġ ta’ raġel f’ħajja ta’ kompassjoni u ħarsien tal-oħrajn.’ 

– Oliver Shacks, awtur ta’ AwakeningsThe Man Who Mistook His Wife For a HatSeeing Voices u An Anthropologist on Mars.

‘Kemm hu tal-għaġeb li n-nuqqas tas-smigħ u tad-dawl tiegħu kabbar flok ċekken l-univers tiegħu, u kemm jispira lilna l-oħrajn! Smajt il-vuċi ġentili tiegħu u rajt it-tħaddin tiegħu tad-diversità u nħossni mqanqal minnhom.’
– Harlan Lane, awtur ta’ When the Mind Hears
Mask of Benevolence, u Wild Boy of Aveyron.

jibda l-vjagg
Untitled Document