Untitled Document
Alfred Massa – Nisġet il-Ħajja – €12

In-novella hija waħda mill-fergħat letterarji l-aktar popolari mal-qarrejja. Jista’ jkun li fid-dinja mgħaġġla li qegħdin ngħixu fiha llum, storja qasira, li tibdieha u tispiċċaha, tinżillek aktar għasel.

F’dawn in-novelli, miktubin tul medda ta’ erbgħin sena u aktar, ippruvajt nagħżel suġġetti varji msejsin fuq karattri komuni, u magħhom irbatt rakkont qasir. Nistqarr li tajt aktar importanza lill-ġrajja milli lill-karattru. Dan għamiltu bi skop, għax f’moħħi dejjem żammejt l-idea tal-gost; xtaqt li l-qarrej jieħu pjaċir jaqra biex jinġibed aktar lejn il-letteratura tagħna.

Għaliex Nisġet il-Ħajja? Għax dawn in-novelli donnhom jiftħu tieqa fuq il-ħajja umana, minsuġa bis-sabiħ u bl-ikrah tagħha, bil-problemi li minn żmien għal żmien jafu jinqalgħu lil kulħadd.

 

nisget il-hajja
Untitled Document