Untitled Document
Carmel Scicluna – Nirien Ma Jsaħħnux – €13

Rakkonti fuq pervertiti u perverżjonijiet

 

Merħba f’dal-pajjiż surreali tal-imġienen fejn kulħadd jixxuttja l-boxxla morali, fejn ma fadal xejn ħlief perverżjonijiet ta’ kull xorta u pjaċiri tal-ġisem.
•••••

Patri jixbah liz-ziju Fester ta’ The Addams Family, Direttur ta’ Radju Santa Tereżina, u onorat mill-Prim Ministru Gonzi b’Ġieħ ir-Repubblika, jiffitta l-cam-girl tiegħu, Trixie XXX, biex tmur Lurt miegħu mill-flus tas-semmiegħa tal-istess Radju. 

•••••

Ġorġ jisfoga waħdu quddiem il-pupi bla ħwejjeġ
u ma jridx jersaq lejn martu. 

•••••

Wireless spy camera stallata f’kamra tal-banju fejn il-ħwejjeġ
ta’ taħt ta’ tfajla jisparixxu mil-laundry bin. 

•••••

Wieħed jabbanduna lil ibnu u t-tieni mara
li hu sorġut magħha biex jerġa’ jpoġġi mal-ewwel waħda
għax din kienet ittih gost iktar. 

•••••

Serp jismu Moloch; ġrieden-ballerini; ħut u għalf; u Melita
bl-għanqud tal-bajd marid, li jkollha tarbija-raġel, jankraw, fost oħrajn, id-damma ta’ motivi li jissarrfu daqqa f’ideat, daqqa f’metafori rripetuti, u drabi oħra f’personalitajiet ta’ xi karattri f’din il-ġabra ta’ stejjer oriġinali ta’ Carmel Scicluna. 

nirien
Untitled Document