Untitled Document
Charlotte Link – In-Nemmies – €16

Maqlub għall-Malti minn Alfred Scalpello

Samson Segal huwa ġuvni li l-ħajja tagħtih bil-ħarta. Għalhekk jiddeċiedi li jaqbad passatemp ġdid u stramb. Dan iwassal biex il-pulizija tibda tfittxu bħala l-qattiel ta’ xi nisa li jgħixu weħidhom kif ukoll tar-raġel tal-ġara tiegħu, Gillian. Hemm xi rabta bejn il-mewt ta’ Tom u dawn in-nisa? X’sehem għandu John, l-għalliem tal-isport ta’ Becky, bint Gillian, li miegħu din tibda relazzjoni ta’ mħabba kontra l-pariri tal-akbar ħabiba tagħha, Tara Caine, avukatessa tal-kuruna magħrufa? L-ispettur li qed imexxi l-istħarriġ ikollu aktar minn għadma iebsa biex iħoll din il-kobbla mħabbla u jaqbad il-qattiel.

in-nemmies
Untitled Document