Untitled Document
Jacqueline Mizzi – Esperjenza Unika, Sabrina – €11

X’ġara sena wara mill-karattri tal-ktieb ‘Esperjenza Unika, Love’? X’sar minnhom Elisa, Ruth, Robert u Marco? ... u fuq kollox… x’ġara minn Sabrina?

Weħidha. Bi ħwejjiġha maħmuġin u xagħarha mgħaqqad bil-bżiebeż ħerġin…Għajnejha bħal żewġ ħġiġiet ċassi, bis-swaba’ jteftfu f’xulxin u b’qalbha tħabbat sitta sitta hekk kif kienet tistenna li tisma’ l-passi tqal resqin lejn kamritha, tisma’ l-ħoss tal-pum idur, u l-bieb tal-kamra jinfetaħ b’żaqżiqa…

*****

Ir-relazzjoni sigrieta ta’ bejniethom kienet tagħmel kull laqgħa tagħhom iktar eċċitanti….

*****

Wiċċha ġot-toilet tħoss l-istonku tiela’ u tirremetti
l-biċċa ħobż li kienet kielet ftit qabel bit-tama
li jgħaddilha l-ħruq ta’ stonku…

*****

Qabditha rogħda ma’ ġisimha kollu. Ħasset għoqla tielgħa

fi griżmejha u l-paniku beda jiżdied hekk kif ratu jintilef minn sensih u minn imnifsejh beda nieżel gelgul demm…

*****

Dan kien sigriet li kellu jibqa’ mistur!

*****
Spiru: il-prova li l-irġiel ma kinux kollha l-istess.

EUS web
Untitled Document