Untitled Document
Drachma Parents’ Group – Uliedna Rigal – €10

Li tkun gay hija għażla? Tort tagħna li t-tifla hi lesbjana? Din marda li tista’ tfiq minnha? Xi fażi li tgħaddi? Kif se ngħidu lil tal-familja? Min jaf x’se jgħidu n-nies! Ibni gay tista’ taqbdu l-AIDS? X’se nagħżel: binti lesbjana jew il-Knisja? X’jiġifieri bisesswali, trans u intersex?

Grupp ta’ ġenituri b’ulied gay, li diġà ffaċċjaw dawn il-mistoqsijiet – u ħafna oħrajn – jagħtu t-tweġiba tagħhom. Tweġiba mhux mill-kotba biss imma mill-esperjenza, it-taqbidiet, l-uġigħat imma wkoll il-ferħiet u r-rebħiet li ġarrbu. Jixtiquk tiskopri int ukoll verità kbira: li din l-esperjenza, li għall-bidu tista’ tkun xokk, tista’ tkabbrek bħala persuna u bħala ġenitur, tgħallmek x’jiġifieri tħobb lil uliedek bla kundizzjoni u, għal min jemmen, tista’ tkun mument ta’ grazzja li ssaħħek u tkabbrek fil-fidi. 

Tiskopri li … uliedna huma tabilħaqq rigal! 

Uliedna rigal web
Untitled Document