Untitled Document
D. H. Lawrence – Il-Maħbub ta’ Lady Chatterley – €14

Maqlub għall-Malti minn Alfred Palma.

Għalhekk daret mal-ġenb tad-dar. Fuq in-naħa ta’ wara tad-dwejra l-art kienet titla’ wieqfa, b’hekk il-bitħa ta’ wara kienet ’l isfel mil-livell tal-art, u mdawra b’ħajt baxx tal-ġebel. Hija daret mal-kantuniera tad-dar u waqfet. Fil-bitħa żgħira, żewġ passi ’l bogħod minnha, ir-raġel kien qed jinħasel, sajjem għalkollox mill-fatt li kien qed ikun osservat. Kien għarwien sa ġenbejh, il-qalziet tal-velvitin tiegħu mniżżel sa fuq it-tebqat ta’ sormu magħlub.

‘Jien tentazzjoni?’ qalet hi, tmellislu wiċċu. ‘Jien ferħana ħafna li nkun tentazzjoni għalik! Ejja ma naħsbux dwar dan! Int tbażżagħni meta tibda taħseb: tirromblani ċatta. Ejja ma naħsbux dwar dan. Inkunu nistgħu naħsbu hekk meta nkunu bogħod minn xulxin. Dak il-punt kollu! Jien kont qiegħda naħseb, jaħtieġ li nerġa’ niġi nqatta’ lejl ieħor miegħek qabel ma nitlaq. Ikolli niġi darb’oħra sal-għarix. Nista’ niġi nhar il-Ħamis billejl?’

Meta waslet bil-fjuri tagħha, tonfoħ fl-għarix, hu ġa kien kebbes in-nar, u z-zkuk kienu qegħdin ifaqqgħu. Sidrejha akuti bdew telgħin u neżlin, xagħarha kien imkaħħal magħha bix-xita, wiċċha kien aħmar nar u ġisimha kien qed ileqq u jqattar. Għajnejha mberrħa u bla nifs, b’ras żgħira mxarrba u ġenbejn sħaħ, iqattru u inġenwi, kienet qisha xi ħlejqa oħra.

Lady Chatterley web
Untitled Document