Untitled Document
S. Debono – It-Tfittxija għall-Ġenwin ta’ Josef Gambin – €13

Josef ried jgħix ħajja ġenwina akkost ta’ kollox – ma kienx lest jagħmel kompromessi fit-tiftix tiegħu! Tista’ tgħid kien bħat-tfal l-oħra sakemm ħajtu ħadet rotta oħra bl-iskoperta tal-Mużew bil-messaġġi serji u profondi tiegħu. Għaġġel kemm felaħ biex jassorbi dak kollu li l-Mużew kellu x’jagħtih. Imma x’jagħmel meta t-tiftix tiegħu jilħaq il-borduri ta’ l-istrutturi li kien imdawwar bihom?

 

Madwari kien kollu konkrit
li b’naqra ħadid
isir b’saħħtu kemm trid;
ambjent iebes u dritt -
safe – imma xejn ġdid.

 

Sakemm fl-aħħar urewni
li barra l-konkrit u l-ħadid
hemm ħolqien artab u tond
li għalkemm misterjuż u riskjuż
iktar naturali u reali!

Josef Gambin web
Untitled Document