Untitled Document
Maria Ferriggi – Patatinu – €10

“Kien lejl bikri tar-rebbiegħa. Għalkemm Marzu kien kważi spiċċa, il-kesħa xorta kienet għadha tinħass. Il-lejl kien daħal sewwa. Is-sema kien ċar daqs il-kristall, b’kotrana stilel ileqqu u jibbrillaw. L-annimali kollha kienu reqdin fir-razzett ta’ Ġanni. Skiet perfett.”

Għodwa waħda, felu ta’ ħmar beda jgħix fir-razzett ta’ Ġanni, ġo Val Verdun, flimkien ma’ għadd ta’ annimali u bhejjem oħra, li jsiru l-ħbieb tiegħu. Hu jkun rigal tal-birthday għal Marì mingħand ommha u missierha. It-tifla semmietu Patatinu. Tgħid isiru ħbieb? X’avventuri se jaqsam ma’ Marì? Taħseb li tkun kburija bih?

Għaliex il-kurżità ta’ Paprina ma tħalli ’l ħadd bi kwietu, anzi tħallihom dejjem fuq ix-xwiek bil-mistoqsijiet tagħha? Bl-umiltà kollha, Patatinu jirnexxilu joħroġ l-għerf u jissodisfa lil kulħadd bit-tweġibiet li jagħti.

Mhux hekk biss … isir ħabib ta’ Sapienza u magħha jitkellem fuq il-biżgħat tiegħu. Minħabba l-qalb tajba li kellu, persuna speċjali tiġi żżuru u titlob l-għajnuna tiegħu. Patatinu jaċċetta u jgħaddi minn esperjenza unika u sabiħa ma’ din il-persuna li tispiċċa f’sorpriża li la hu u lanqas Marì ma kienu qatt jistennew.

Patatinu web
Untitled Document