Untitled Document
Paul P. Borg – Il-Kmandament Numru Ħdax – €20

Għaliex m’hemmx Kmandament
li jgħid ċar u tond Ħobb lill-ħolqien?

PAUL P. BORG jinseġ ġrajja mimlija avventuri ta’ żagħżugħ Malti jismu Mosè li jemmen li Alla tah kmandament ġdid biex jiżdied mal-Għaxra li nafu bihom.

Bħas-suldat li jkollu joqtol għal pajjiżu Mosè jibża’ imma jaf ikun vjolenti, kif ngħidu, joqtol għall-ambjent: il-ġustizzja trid tkun ċlaqq plumm! Min jeqred xagħra, ipattihielu. Min jaħraq ħarruba, ipattihielu. Min jgħarraq kelb, ipattihielu.

Fuq kollox dan hu ċelebrazzjoni ta’ bidu ġdid fil-ħarsien tal-ambjent naturali u l-ħolqien ta’ Malta tagħna.

11 kmandament
Untitled Document