Untitled Document
Salv Sammut – Fid-Dell tal-Pellikan – €14

Dan ir-rumanz ġdid minn Salv Sammut, li tana rumanzi oħra qabel dan, hu differenti ftit minn dawk li ġew ippubblikati qabel, għalkemm ilu miktub mill-1982.

Qassis żagħżugħ u eżemplari li jmexxi klabb taż-żgħażagħ jgħaddi minn trawma meta tfajla miż-żgħażagħ tal-klabb tinġibed lejh u hu, min-naħa tiegħu, jingibed ukoll xi ftit.

Iż-żgħożija tiegħu u l-impenn tiegħu idaħħluh f’diversi kriżijiet u sitwazzjonijiet skabrużi għaliex altru dak li jipprietka u altru dak li jiffaċċja ruħu miegħu fil-ħajja ta’ kuljum.

Isib ostilità kbira min-nies ta’ madwaru, miż-żgħażagħ tal-klabb, mill-qassisin sħabu, mill-Kurja, min-nies inġenerali.

Ta’ bniedem dgħajjef, li jiżbalja, hu jħallas prezz għoli.

Noel Grima
Kritiku Letterarju – Malta Independent on Sunday

pellikan
Untitled Document