Untitled Document
Carmel S. Aquilina – Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra – €30

Karmenu Aquilina, fil-karriera twila tiegħu, idderieġa bosta drammi li ntlaqgħu tajjeb kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-kritiċi, u żgur m’għandux bżonn ta’ introduzzjoni fost dawk li huma midħla tal-palk Malti. Imma x-xogħlijiet teatrali oriġinali tiegħu għal ħafna snin baqgħu jistennew biex forsi xi darba jaraw id-dawl. Sa fl-aħħar hawnhekk qiegħed jippreżenta din it-triloġija ta’ drammi, li mil-lat tematiku-ideoloġiku kif ukoll mil-lat stilistiku-tekniku jistħoqqilhom skrutinju serju għax jixhdu moħħ għarriexi u pertinenti.

Ma setax ikun li l-esperjenza vasta tiegħu fit-teatru ma tixprunax l-immaġinazzjoni fertili tiegħu lejn orizzonti ġodda. Jgħaddi mis-serenità tal-esperjenza umana għat-tempesti qliel tat-tbatija. Jorbot ir-ruħ tal-individwu mal-flaġelli li s-soċjetà tgħaddih minnhom. Ma jinħeliex itiegħem ir-romantiku imma l-boxxla tal-għarfien tgħaddih minn kull morr sa ma jwassal ’l-udjenza tagħraf qagħdietha. 

Tnejn mid-drammi ġew ippremjati Malta u l-ieħor barra. 

 

Mario Cassar 

web
Untitled Document