Untitled Document
Il-Beatu Charles de Foucauld -€10

Dan il-ktieb imħejji mill-Fraternitajiet tal-Beatu Charles de Foucauld qed ifakkar l-ewwel mitt sena mill-mewt ta’ dan il-Beatu li ġrat fl-1 ta’ Diċembru 1916.

L-ewwel parti tal-ktieb fiha bijografija qasira ta’ Charles de Foucauld fi kliemu stess. Il-konverżjoni tiegħu, li saret fil-Knisja ta’ Santu Wistin ġewwa Pariġi, tfakkarna ħafna fil-konverżjoni ta’ Santu Wistin stess.

It-tieni parti tal-ktieb fiha ħsieb qasir għal kull jum tas-sena. De Foucauld wara l-konverżjoni, kien bniedem kontemplattiv ħafna li għażel id-deżert. Dan jidher sewwa f’kitbietu. Iżda qalbu baqgħet dejjem miftuħa għall-proxxmu speċjalment dawk l-aktar imwarrbin u batuti.

Nemmnu li l-bniedem tal-lum jista’ jitgħallem ħafna minn dan il-Beatu.

web2
Untitled Document