Untitled Document
Rita Saliba – Weraq tal-Fidda Stejjer u Versi għat-Tfal – €10

Ħafna ljieli twal ilu kien jiddi qamar kwinta fuq għolja mimlija frott, iżda wara ftit biddel il-forma ħafna drabi. U l-bebbuxu kellu jġorr daru fuq dahru …

Ramon mar l-iskola bil-papoċċ tal-kangarù. Tgħid qrah il-ktieb speċjali?

Tikketta għejiet ittir, imbagħad iltaqgħet ma’ Tikek li ġarritha fuq daharha u flimkien taru f’post fejn setgħu jieklu dud kemm iridu …

Min kienet it-tifla ta’ ġol-mera, tidħak u xxejjer fl-istess ħin?

Tina, is-saħħara tat-tbissima, kellha biċċa inkwiet u ma setgħetx ittir … Anke n-nanna Betta u z-zija Tess kienu inkwetati. Għaliex?

Marina kienet tistenna l-vaganzi tas-sajf fuq ix-xwiek. Min jaf libsitx kappell f’rasha biex tilqa’ mir-raġġi tax-xemx? Hemm bosta forom. Tgħinuha tagħżel wieħed?

 

 

Rita Saliba hija l-awtriċi ta’ żewġ kotba oħra fis-sensiela “Il-Ktieb Dejjem Ħabib”, serje ta’ kotba għat-tfal minn Horizons. Dawn huma In-Naffar li Xtaq Itir u Il-Buffu l-Mistħi.

weraq tal-fidda20
Untitled Document