Untitled Document
Lorraine – Buli – €10

‘Imma se nkun qed nindaħal fejn ma jesagħnix! Qal leħnu l-ieħor.

Għandu bżonn l-għajnuna!

Issa jgħinuh sħabu!

Int dejjem hekk tagħmel! Tgħid li tħobb tgħin,
imma meta tiġi għall-fatti, tagħżel l-eħfef triq!

Nistħi wisq! U jekk jaħtafni?

Mill-kliem għall-fatti hemm il-baħar jikkumbatti!’

 

Miguel kien qed ikun xhud ta’ inċidenti ta’ bullying fl-iskola tiegħu. Ma kienx jaf x’se jagħmel. Ħaseb li kienet se tkun faċli jgħin lill-vittma, imma mar żmerċ! Tgħid jgħinu, jew jagħlaq għajnejh? Bħalissa kienet diffiċli li tagħti daqqa t’id, speċjalment minħabba l-problemi li kien għaddej minnhom id-dar. Imma jekk ikun hu stess il-vittma li jmiss?

Miguel jirnexxilu jsib l-għajnuna, b’mod li xejn ma kien qed jistenna. Imma tgħid l-istorja se tispiċċa b’mod buli?

Dan huwa ktieb addattat għal żgħażagħ, persuni li jaħdmu magħhom u ġenituri. Minn din l-istorja, miktuba minn għalliema tal-Personal, Social and Career Development (PSCD), wieħed jista’ jieħu spunt ta’ kif għandu jġib ruħu jekk jiltaqa’ ma’ każijiet ta’ bullying.

buli 20
Untitled Document