Untitled Document
Darren Agius – Destin Miktub – €10

’Il bogħod jew viċin, kollox f’idejn id-destin.
U d-destin qiegħed f’moħħ il-bnedmin.

 

Il-ħajja ta’ Aldo xejn ma kienet faċli – sakemm iltaqa’ u żżewweġ lil Maia. B’Maia miegħu u l-forċina tiegħu, il-problemi kollha kienu jinħassu eħfef. Madankollu, inċident li ġara f’ristorant lejl minnhom qalliblu ħajtu ta’ taħt fuq! Cassandra qratlu xortih! U meta qaltlu li ma rat xejn sabiħ, donnha kienet qed tgħid il-verità! Aldo twassal/wasal f’punt fejn l-umanità kollha bdiet timbuttah. Bħal meta kien ħafna iżgħar, Aldo sab ir-refuġju tiegħu fih innifsu u fi djarju antik. F’dan il-ktejjeb, Aldo kien iħarbex ħsibijiet ta’ ċerta filosofija dwar dak kollu li jmiss miegħu. Ma’ liema tmiem kien se jiġi wiċċ imb wiċċ Aldo? Tgħid jirnexxilu joħroġ minn din il-burraxka li affettwatlu kull aspett ta’ ħajtu? Tgħid fl-aħħar ħa jsib lil min isalvah?

 

Il-ktieb ma fihx tmiem wieħed iżda tnejn, sabiex inti, il-qarrej, tagħżel it-tmiem li trid int. U tkun inti, il-qarrej, li minn qarrej issir il-kittieb u l-protagonist! Għaldaqstant, aqra l-istorja ta’ Aldo, ilbes iż-żarbun tiegħu, agħmel dan il-ktieb tiegħek, u agħżel inti stess it-tmiem tal-istorja u ta’ Aldo!

 

destin miktub20
Untitled Document