Untitled Document
Sebastian Debono – Il-Parrinu u Stejjer Oħra – €11

Sakemm Tarċisju għalaq is-sitt snin u għamel il-preċett, Ċikku qisu qatt ma eżista għalih. Wara l-preċett, Tarċisju beda jattendi regolarment il-quddiesa tat-tmienja tal-Ħadd filgħodu. Meta din il-quddiesa tintemm, kien kultant iħalli ħesrem lil sħabu tal-Mużew għax missieru, Wistin, jinzerta jarah u jħajru jmur miegħu sal-pastizzerija ta’ Sidor, magħrufa wkoll bl-isem Cafè de Paris.

Jekk tħobb taqra stejjer dwar karattri Maltin, ħu dan f’idejk u kompli aqra…

 

il-Parrinu u stejjer ohra20
Untitled Document