Untitled Document
Tony C. Cutajar – Il-Kavallier taċ-Ċinju u Leġġendi Romantiċi Oħra – €11

F’dan il-ktieb għandna għoxrin leġġenda romantika li fihom ċertu seħer u maġija fejn

il-maħbubin jew jispiċċaw igawdu lil xulxin wara ħafna taqtigħ ta’ qalb, għawġ u problemi oħra, jew jiġu kkastigati għall-iżbalji li jkunu għamlu u li ma setgħux jinħafru. Dawn tal-aħħar ħafna drabi jispiċċaw fi traġedja.

L-ewwel leġġenda, Il-Kavallier taċ-Ċinju, li tagħti l-isem lill-ktieb, hija waħda mill-iktar leġġendi popolari tal-Ġermanja. Hija storja medjevali bħal ħafna mill-oħrajn li jiġu warajha. Kien il-kompożitur magħruf tas-seklu dsatax, Richard Wagner, li bidilha f’opra bl-isem ta’ Lohengrin li baqgħet dejjem popolari ma’ dawk kollha li jħobbu l-mużika lirika.

il-Kavallier tac-Cinju
Untitled Document