Untitled Document
Michael Cini – Skjava fil-Ktajjen tal-Imħabba – €13

Daqqa ’l fuq u daqqa ’l isfel. Hux hekk imdorrijin ngħidu meta xi ħadd jistaqsina kif aħna? Biss, nista’ ngħidlek li fil-każ tiegħi, minn meta żżewwiġt, ħajti nbidlet f’maltempata kontinwa. Burraxka li niżżlitni taħt wiċċ l-ilma u li qajla ħallietni nieħu nifs. Bdejt inħabbat wiċċi mal-qilla tal-irwiefen u l-baħar imtela b’kull xorta ta’ ħalel tal-abbuż, li naqdef kemm naqdef, il-kurrent kien dejjem kontra tiegħi. Dejjem jassarni. Dejjem għakkisni. Dejjem sawwatni. Dejjem rebaħli hu.

Kien irnexxieli nikkonvinċi lili nnifsi li xorta waħda kelli għal xiex nibqa’ ngħix. Bilfors, għax l-uniku skop li kien għad fadalli f’ħajti, jiġifieri binti, kien għad kellha bżonni. Ma stajtx nitlaqha għal riħha. Ma stajtx nabbandunaha kif kien għamel żewġi lilna t-tnejn. Għalhekk, kelli bilfors nibqa’ nbati fis-silenzju… sakemm…

Sakemm fl-aħħar, wara dan il-qtigħ il-qalb kollu feġġ merżuq ħanin, raġġ ta’ dawl qawwi, sabiħ u mimli wens. Raġġ jarmi s-saħħa u tama ġdida għal ħajti. Raġġ li salvani mill-jasar li kont maqbuda fih biex għenni nitla’ fil-wiċċ u nerġa’ nibda nieħu n-nifs. Għenni nwarrab is-swied il-qalb u nerġa’ nibda nitpaxxa bil-kuluri u s-seħer u l-passjonijiet imqanqla li taf toffri l-imħabba vera…

Imma tgħid, l-ajru verament kien se jissaffa?

Skjava Fil-Ktajjen Tal-Imhabba
Untitled Document