Short Stories Archives - Horizons

Nerġgħu Niltaqgħu
Dawn in-novelli nstabu fil-kxiexen ta’ Lina wara mewtha. Kienet ix-xewqa immedjata tat-tfal tagħha u l-pubblikatur, li dawn jinħarġu bħala l-aħħar ġabra ta’ novelli tal-awtriċi, b’omaġġ xieraq lejha. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, għażiża Lina!

The post Nerġgħu Niltaqgħu appeared first on Horizons.

L-Aħħar Żifna u Stejjer oħra
Imelda hija armla, xwejħa ħelwa, li l-aħħar snin ta’ ħajjitha marret tgħixhom f’dar tal-anzjani. Hemm tiftakar f’dak kollu li għaddiet minnu tul ħajjitha, l-iktar fil-waqtiet sbieħ li għaddiet ma’ żewġha Victor. F’lejl minnhom, kellha żjara … kienet qiegħda tistennieha din iż-żjara, jew le? X’kellha f’moħħha Imelda?

Jirnexxilhom Mapansha u l-barbaġann tal-widnejn

twal jingħaqdu flimkien fi mħabbithom, anke jekk isibu

għadd ta’ xkiel fil-ħajja tagħhom? X’inhu lest li jagħmel il-barbaġann

għal imħabbtu? L-imħabba tirbaħ dejjem?

James iħobbu wisq il-qamar, iħossu wisq miġbud lejh, u ma jafx

għaliex. Imma l-qamar huwa tabilħaqq il-qamar kif nafuh aħna?

U x’tifsira jista’ jkollha l-ħolma li kien qiegħed ikollu James;

ħolma li, ħaġa tal-iskantament, titkompla u tiżdied lejl wara lejl?

Tliet novelli li lkoll iħaddnu tema waħda – l-Imħabba –

l-Imħabba safja u pura. Ritmu mexxej, ħafif u delikat, tliet novelli

li se joħduk f’dinja għalkollox differenti minn dik li mdorrijin fiha …

The post L-Aħħar Żifna u Stejjer oħra appeared first on Horizons.

Il-Ħajt Għandu Widintu u Stejjer Oħra
Hemm ċertu gost taqra l‑istorja l‑qasira ta’ Attard Biancardi għax hi mera ta’ li ngħixu. Imqar meta hemm il‑makabrità.

L‑awtur ma joqgħodx lura milli juża l‑istorja l‑qasira biex jikkummenta soċjalment mingħajr ma jibdel l‑att miktub fi propaganda rħisa kif jiġri sikwit, bi skuża tal‑impenn.

Donnu kollox iservi ta’ skuża biex l‑awtur ikun jista’ jikteb l‑istorja l‑qasira tiegħu. Hemm il‑ħin kollu l‑ironija. Hemm il‑paradoss. Hemm li jiżgwida. Iqabbdek triq u tkun oħra.

Xi drabi hemm eki ta’ stejjer li għexniehom aħna nfusna jew forsi smajniehom. Imma dak li jagħmel l‑istorja l‑qasira unika u sabiħa bħala ġeneru.

Attard Biancardi jħobb jikteb imma jħobb ukoll jirrakkonta. L‑istorja l‑qasira tatu żvog biex jilħaq dawn iż‑żewġ miri.

Dr Sergio Grech

The post Il-Ħajt Għandu Widintu u Stejjer Oħra appeared first on Horizons.

Fil-Gżira Apatija u Rakkonti Skomdi Oħra
“U huwa sewwasew dan li jseħibna fih Patrick Sammut f’din il-ġabra ta’ rakkonti, ġabra li taf personaġġi varji bit-tribulazzjonijiet u ċ-ċelebrazzjonijiet tagħhom, ambjenti li jitkellmu jgħajtu u jitolbuna biex inħarsu lejhom mingħajr ma niddisagrawhom, għelieqi li fihom aħna nistgħu nissieħbu b’saħħa u enerġija biex b’hekk ir-rakkont jagħti ħajja oħra lil din l-istess realtà ta’ madwarna.

U dan kollu jagħmlu bi stil mexxej, ħarkien u dirett. B’ritmi ta’ kitba li jorbtu tajjeb u b’saħħa mal-kontenut li jkun qiegħed jitkellem dwaru. B’lingwaġġ li jorbot b’saħħa u ħila l-ideat hekk kif iġonġi ħsieb ma’ ieħor, deskrizzjoni ma’ oħra, kumment ma’ ieħor. Bħal regola huwa jħalli l-istorja tmexxi hi, għalkemm hemm waqtiet fejn il-persona tinbidel, u għaldaqstant jinstemgħu ‘vuċijiet’ varji f’din in-narratoloġija.”

(Mid-Daħla ta’ Tarċisju Zarb)

The post Fil-Gżira Apatija u Rakkonti Skomdi Oħra appeared first on Horizons.

Reffiegħa tad-Dellijiet
Stejjer li jeħduna fid-dellijiet tal-esperjenzi tan-nies.

Ta’ emigrant li fl-Awstralja baqa’ jġorr dell tqil mill-imgħoddi.

Ta’ ħlejjaq li fuq spallejhom jagħfas id-dell tad-tradiment fiż-żwieġ.

Ta’ suspetti familjari.

Ta’ vjolenza domestika.

Ta’ telf f’labirint ta’ fixla bejn responsabbiltà u ħarba minnha.

Ta’ bniedem maħkum fid-dell ta’ żewġ nisa.

Ta’ tfajla li togħla fuq dell trobbitha biex tilħaq dawl ġdid ta’ ħelsien.

Ta’ xwejħa li f’moħħha u f’qalbha tirbombja damdima.

U aktar rakkonti ta’ karattri li jġorru dellijiet ta’ slaleb jew ta’ frisk ta’ serħ.

Dellijiet skuri ta’ weġgħat, ta’ kunflitti, ta’ frustrazzjoni, ta’ diżillużjoni.

Dellijiet komdi ta’ kenn, ta’ mħabba, ta’ għożża, ta’ żegħil, ta’ ħolm, ta’ tifkiriet imlewna.

Dellijiet li jqanqlu ħsibijiet, riflessjoni, u diskussjoni.

Dellijiet li jpaxxuna bil-ġmiel tal-kelma Maltija magħżula.

Dellijiet li jdaħħluna f’atmosfera ta’ qari ta’ gost.

The post Reffiegħa tad-Dellijiet appeared first on Horizons.

Ċoff Roża
Kitbiet ħelwin li jkaxkruk magħhom minn suġġett għal ieħor. Bosta minnhom rebbieħa f’konkorsi letterarji tal-Għaqda Letterarja Maltija fis-snin li għaddew.

The post Ċoff Roża appeared first on Horizons.

Sekwenzi Mġannta
“Fil-kontinwità tal-ħsieb ħallieqi ta’ Schembri l-lingwa ta’ reqqa kbira tagħti sħuħija lil kull rakkont. M’għandniex xi ngħidu, it-tifsir funzjonali ta’ kull kitba joħroġ mill-fenomenu lingwistiku u mit-teknika stilistika li tgħin biex turi l-kwalitajiet letterarji tat-testi. U f ’din il-ġabra nsibu li l-użu tal-Malti huwa użu komuni u ħaj li jsib postu fi kriterji kulturali.”

Prof. Charles Briffa

The post Sekwenzi Mġannta appeared first on Horizons.

Faċċati
Rakkonti li jqanqlu kurżità. Iwasslu sorpriżi.

Faċċati sempliċi u ordinarji li jaħbu komplessità profonda.

Faċċati li jostru esperjenzi ta’ diqa, ta’ ansjetà, ta’ weġgħa, ta’ dehxa.

Faċċati ta’ tiġrib, ta’ fixla, ta’ tensjonijiet, ta’ kunflitti,

ta’ frustrazzjoni, ta’ illużjoni.

Faċċati-maskri ta’ tlellix, ta’ stonaturi, ta’ ipokresija,

ta’ dgħufija, ta’ opportuniżmu.

Faċċati ta’ għajta maħnuqa ta’ protesta.

Faċċati wkoll ta’ mħabba, ta’ għożża, ta’ tama, ta’ simpatija, ta’ għoġba, ta’ sensittività, ta’ impenn.

Faċċati ta’ lwien mill-ħajja Maltija, bl-imġibiet kuntrastanti, bl-ironija, bl-egoiżmu, bit-tiġbid, bl-intriċċi, bil-qtugħ

in-nifs ambjentali. Imma wkoll bil-waqtiet ta’ tbissima, ta’ għajnuna.

Faċċati li jwaħħluna magħhom:

Juru l-ġmiel tal-kelma.

Jisfidaw il-ħsieb.

Iqanqlu riflessjoni u diskussjoni.

Jipprovdu sigħat ta’ gost ta’ qari.

The post Faċċati appeared first on Horizons.

Taħt il-Ħarruba u Stejjer Oħra
Kemm hi ħaġa sabiħa li kultant ninqatgħu mir-rutina ta’ kuljum u nidħlu fid-dinja tal-fantasija!

Dawn l-istejjer joffrulna din l-opportunità sabiex nistgħu mmorru nistrieħu taħt is-siġra tal-ħarrub!

The post Taħt il-Ħarruba u Stejjer Oħra appeared first on Horizons.

L-Eku tal-ħabbata novelli
Il-ħabbata li ttektek fil-qalb u fil-memorja timmarka t-territorju ta’ ruħ il-bniedem. It-tektika tqanqal it-tiġrib sabiħ ta’ min fittex il-kenn fil-kastell tal-imħabba, u sar parti minn storja intima. Għal oħrajn, il-bieb jibqa’ magħluq. L-imwarrab itektek fil-kuxjenza ta’ min jipprova jħassar l-imgħoddi. Bħalma jiġri f’dawn in-novelli li jeħduna fi vjaġġi diversi ma’ karattri tad-demm u l-laħam.

Nimxu ma’ nies li jġarrbu l-ferħ tal-imħabba. Jgħixu l-ilwien ta’ memorji sbieħ. Jew għandhom dmir ta’ gratitudni xi jwettqu. Ma’ oħrajn li daqu l-weġgħa. Il-ħabbata baqgħet ittektkilhom il-ħasda ta’ esperjenzi koroh, ta’ tiġrib ta’ abbuż sesswali fi tfulithom. Uħud li s-sliem iċċarrtilhom

mill-mard, mis-sens ta’ inutilità, minn imġiba faċċola, mid-dubji li jtanbru f’moħħhom. Hemm min issallab mill-waqtiet ta’ dgħufija, jew ta’ irresponsabbiltà, li skordawlu ħajtu.

L-eku tal-ħabbata baqa’ jidwi. B’mod sottili li jdoqq melodjuż. Jew b’taħbita qawwija u persistenti li tqanqal tħassib, beżgħat, tensjonijiet, frustrazzjonijiet, niket, u diqa.

L-istejjer iperrċu l-istess dinja tagħna. Il-ħabbata tista’ tixbah lil dik li tħabbat f’moħħna. Mal-gost tal-qari, in-novelli jmissu s-sensittività, jisfidaw il-ħsieb, u jħallu eku fina.

The post L-Eku tal-ħabbata novelli appeared first on Horizons.