Drama Archives - Horizons

Trab
Libretto għal opra mill-proġett

Belt il-Bniedem

L-art mhijiex hekk.

L-art hi matrona.

Sidt tagħha nfisha.

U ’l min ikasbar ġieħha

Jistupra wiċċha w ruħha

Lilu tkasbar.

Tfarfru minn fuqha bl-herra u stmerrija,

Teqirdu u minnu tagħmel qerda ta’ mistħija.

Lil min jirrispettaha, hi tirrispetta

U tagħti ħafna frott, bla bejgħ u xiri.

Din hija l-art,

Matrona rispettabbli.

– Silta li tqanqal it-tema ewlenija tal-libretto

u l-opra Trab mill-proġett Belt il-Bniedem.

The post Trab appeared first on Horizons.

Erba’ drammi għat-teatru Volum 2
Albert Marshall first came to my notice at the time of our Island’s cultural renaissance in the midperiod of the swinging game-changing decade of the 60s. His Grotowski-like theatre direction carved new and avant-garde pathways for Malta’s then still traditional stage productions.

PROF. RICHARD ENGLAND

Il-varjetà tax-xogħlijiet li nsibu f’dawn iż-żewġ volumi, li mhumiex ix-xogħlijiet kollha li kiteb Marshall għat-teatru, jagħtuna stampa tajba ta’ moħħ attiv u kreattiv li kapaċi jsib l-interessanti anki fis-sitwazzjonijiet li jidhru frivoli, il-grottesk f’dak li suppost li hu serju u l-irreverenti f’dak li suppost li hu solenni. Dawn il-volumi jiftħu bieb fuq il-kreattività ta’ Marshall, imma ġudizzju fuqu bħala bniedem tat-teatru ma jistax isir mingħajr ma jitqies ukoll ix-xogħol tiegħu bħala direttur. Hija ħasra li, bħalma jiġri dejjem fit-teatru, il-memorja ta’ din il-ħidma tibda tiċċajpar sakemm tibqa’ teżisti biss fil-mumenti li ġew immortalizzati minn xi fotografu jew minn xi kritiku.

DR MARCO GALEA

Niftakar l-ewwel darba li ltqajt ma’ Albert. Enerġija bla rażan, tbissima infettiva, għajnejn kbar blu lesti jiskopru dak kollu li hu possibbli jiġi skopert. U fl-istess ħarsa d-dwejjaq li m’għandux biżżejjed żmien biex ikompli jiftaħ kull bieb li jiltaqa’ miegħu. Ħarsa ta’ min ma jibżax jesperimenta, ma jibżax jaqleb kulma kien magħruf, kulma kien tradizzjonali, u jibdilhom f’esperjenzi ġodda, jiddu b’tifsir li kien jolqot fil-laħam il-ħaj, b’ħeġġa tbaqbaq, bla ebda kompromess. Dan ma ninsieh qatt. U peress li qatt ma nsejt, Albert kien wieħed minn dawk li għal dejjem influwenzawli l-karriera, kif jien ċert, influwenza l-ħajja ta’ ħafna oħrajn. Grazzi, Albert. Ninsab kburi li kelli l-unur nipproduċi L-Indemonjati. Issa żmien li terġa’ lura f’dan it-teatru Malti. Hemm ferm aktar li għandu joħroġ minn dak it-talent tant rari. Immissjajnieh. Nimmissjawh.

MARIO PHILIP AZZOPARDI

The post Erba’ drammi għat-teatru Volum 2 appeared first on Horizons.

Żewġ Fares għat-teatrin Volume 1
Bħal fit-teatru tiegħu, Marshall jipprovoka billi jisfrutta l-potenzjalitajiet kollha tal-kelma – ħoss, sens, ħaġa – ilkoll mezzi għal skop li jmur lil hinn mill-kliem miktub. Jekk din l-interpretazzjoni hi korretta, allura l-bniedem tat-teatru u l-poeta huma persunaġġ wieħed. […] L-insult u l-qima, it-tfulija u l-adultezza, il-provokazzjoni u r-rispett huma biss uħud mill-elementi li jressqu lil Marshall il-poeta u lil Marshall id-direttur teatrali, lejn xulxin. L-eżempji l-oħrajn huma kollha varjazzjonijiet tal-istess kuxjenza. […] F’dan id-dawl jista’ jkun apprezzat bis-sħiħ Marshall il-poeta daqskemm Marshall id-direttur u l-bniedem tat-teatru. Fiż-żewġ forom ta’ espressjoni hu jħallat id-differenzi bix-xewqa li jgħaqqad u jikkonsolida. Huwa sikwit teatrali fil-poeżija, daqskemm huwa poetiku fit-teatru.

PROF. OLIVER FRIGGIERI

Bħalma t-teatru Taljan jagħraf il-bidu tiegħu fil-Commedia dell’Arte, hekk it-teatru Malti jxettel għeruqu fit-teatrin, forma drammatika li qatt ma tilfet xejn mill-popolarità tagħha. Albert Marshall, magħruf l-aktar bħala direttur li nefaħ nifs ġdid fit-teatru tar-repertorju, qed joffri lill-atturi Maltin l-opportunità li jiskopru kif jaħdem it-teatrin billi jittrasformaw iż-żewġ biċċiet li qed jidhru f’din il-pubblikazzjoni f’lingwaġġ teatrali, kif għamel huwa nnifsu meta dderiġiehom għall-ewwel darba.

PROF. JOE FRIGGIERI

Lil Albert Marshall sirt nafu fis-sittinijiet bħala poeta ta’ kwalità tajba msieħeb fil-Moviment Qawmien Letterarju, iżda sirt nafu ferm aħjar bħala bniedem ta’ ħafna talenti fit-teatru meta jien kont assoċjat bħala attur għal ftit snin mal-kumpanija semiprofessjonali ‘Atturi’, li għaliha Albert idderieġa tajjeb ħafna xogħlijiet kontemporanji bħal The Aspern Papers u The Rose Tattoo. Bħala kritiku teatrali stajt nistudja tajjeb it-teknika kapaċi tiegħu u s-sensibbiltà naturali. Li ma konx naf tajjeb kien l-interess qawwi u perspikaċi tiegħu għat-teatru popolari, it-teatrin, li għalih kiteb bosta xogħlijiet, tnejn minnhom qegħdin jidhru f’dan il-volum. Marshall sar magħruf għax-xogħol siewi ħafna li għamel mal-grupp teatrali ‘Dwal Ġodda’ ta’ Ħal Għargħur biex xogħol ġenwinament maħluq għal udjenza mhux sofistikata daqs dik tal-Manoel jilħaq livell teknikament għoli.

DR PAUL XUEREB

The post Żewġ Fares għat-teatrin Volume 1 appeared first on Horizons.

Getting in the Way
You must be bold, brave, and courageous

and find a way … to get in the way.

John Lewis

The three plays in this book tell the stories of a number of ‘little people’ who have one thing in common: they refuse to buckle under in the face of tyranny. Their resistance is a nuisance, a menace that has to be swept away. In their struggle, they are all destined to learn horrific lessons in courage, loyalty, betrayal and the nature of power.

Ernesto Panza is set in Chile in 1973 during the coup d’état carried out by General Augusto Pinochet following the election of Salvador Allende in 1970. The Pardon Beggars takes place some years after the military junta that overthrew Isabel Perón as President of Argentina in 1976 was ousted following the restoration of the democratic process. Valeriana – The Titan’s Rock, which has a Maltese protagonist, recounts the happenings on a small island off the coast of Italy during the Fascist regime.

The three plays were regional winners for Europe in the BBC World Service Radio Playwriting Competitions for 1999, 2005 and 2007. Ernesto Panza was broadcast as ‘Play of the Week’ on BBC World Service in 2000.

The post Getting in the Way appeared first on Horizons.

Il-Kennies tal-Ġenna
‘Lena, ħabbejtek ħafna. Nemmen – bla ma nifhem għaliex – illi inti wkoll ħabbejtni. Man-nisa jien delli tqil; miegħek mod ieħor.’

‘Meta l-Imperial Bar ħadu Bertu … konna ninżlu mill-Barrakka għal kafè jew 7-up float … u hemm konna nitkellmu fuq kollox, imma l-aktar fuq il-mużika … kulħadd kien f’xi kamp, Elvis, Pat Boone, Paul Anka … Minn hemm bdejna bid-dances, norganizzaw il-concerts u hekk. L-ewwel darba li f’Malta s-serati kienu mixed, boys u girls, imħallta … Il-Barrakka, l-ICE Club, it-Teensville u l-Imperial Café … Jgħidu x’jgħidu l-bravi tal-kotba, minn hemm bdiet il-modernizzazzjoni ta’ ‘Malta Ġdida.’

‘Minn dejjem niftakarni b’lehma femminili. Maqfula f’qoxra illi mhux tiegħi, b’sider magħfus ’il ġewwa. U noħlom illi xi darba ġismi ta’ vera se jfaqqas u jispara ’l barra. U fl-aħħar ikolli d-dehra li tassew tixraqli … ’

‘Tgħid fit-teatru biss li t-traġedji dejjem jispiċċaw bil-mewt u l-kummiedji dejjem jispiċċw biż-żwieg?’

‘Iż-żibel tagħna dejjem se jibqa’ jdur magħna! Iż-żibel hu immortali! Tista’ tkissru, taħarqu, tibdillu l-forma; imma ż-żibel tagħna nġorruh magħna. Iż-żibel jista’ jixxerred fl-arja, jinħall fl-ilma, jidbiel fil-ħamrija, jinbidel f’gass, duħħan, nugrufun, jivvjaġġa fuq jew taħt l-art, idur mad-dinja – imma bħall-mewt, ma jintemm qatt.’

‘U bdew jitkellmu fuqi bil-lingwa l-ġdida tal-Ismaċuċ … Ġiet ivvintata biex permezz tagħha jkun hemm aktar komunikazzjoni max-xadini … Il-vokabularju tagħha ma jgħoddx aktar minn 300 kelma. L-ewwel ma ntużat kien ma’ ħmistax-il idjota b’IQ vera baxx … Permezz tal-Ismaċuċ saru saħansitra kapaċi jmexxu talkshows fuq it-televixin.’

The post Il-Kennies tal-Ġenna appeared first on Horizons.

Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra
Fil-karriera twila tiegħu, Karmenu Aquilina dderieġa bosta drammi li ntlaqgħu tajjeb kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-kritiċi, u żgur ma għandux bżonn ta’ introduzzjoni fost dawk li huma midħla tal-palk Malti. Imma x-xogħlijiet teatrali oriġinali tiegħu għal ħafna snin baqgħu jistennew biex forsi xi darba jaraw id-dawl. Sa fl-aħħar hawnhekk qiegħed jippreżenta din it-triloġija ta’ drammi li, mil-lat tematiku-ideoloġiku, kif ukoll mil-lat stilistiku-tekniku, jistħoqqilhom skrutinju serju għax jixhdu moħħ għarriexi u pertinenti.

Ma setax ikun li l-esperjenza vasta tiegħu fit-teatru ma tixprunax l-immaġinazzjoni fertili tiegħu lejn orizzonti ġodda. Jgħaddi mis-serenità tal-esperjenza umana għat-tempesti qliel tat-tbatija. Jorbot ir-ruħ tal-individwu mal-flaġelli li s-soċjetà tgħaddih minnhom. Ma jinħeliex itiegħem ir-romantiku, imma l-boxxla tal-għarfien tgħaddih minn kull morr sa ma jwassal lill-udjenza tagħraf qagħdietha.

Tnejn mid-drammi ġew ippremjati Malta u l-ieħor barra.

Mario Cassar

The post Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra appeared first on Horizons.

Qawmien Tliet Drammi
Eżiljati jew minsija, Erik u sħabu jiltaqgħu għall-aħħar darba. Kemm hu minnu li qed jitħejja qawmien ġdid fil-pajjiż, mifni mid-dittatura? X’sehem jistgħu jagħtu? (Id-Deċiżjoni)

Imgħakksa u umiljati, il-bdiewa ma għandhomx alternattiva ħlief li jqumu u joqtlu lill-Kommendatur Gomez, sidhom. Jibqgħu magħqudin flimkien quddiem il-qilla tal-Imħallef, mibgħut mir-Re biex jikkastiga d-delitt li wettqu. (L-Għajn tal-Imtaten)

Is-sena 1848: Imgħassa mill-ħakkiema Ingliżi, il-patrijotti tal-Italja Żagħżugħa, immexxija minn Giuseppe Mazzini, jiltaqgħu fil-gżira fortizza ta’ Malta biex iħejju qawmien popolari. Il-Kurja, f’isem l-Istat tal-Papa Pio Nono, u bosta oħrajn jinsabu attenti għalihom. (Qawmien – Mazzini: Iż-Żjara)

F’Qawmien – Tliet Drammi insegwu l-isforzi ta’ popli, illum u lbieraħ, biex jirbħu d-dritt li jgħixu fil-libertà.

The post Qawmien Tliet Drammi appeared first on Horizons.