Horizons
  • YOUR CART:
    0 Items - €0.00Shopping Cart
  • Home
  • Shop
  • About
  • Book Reviews
  • Contact
  • Facebook
  • English
  • Malti
  • Search
  • Menu
Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra
Carmel S. Aquilina
€30.00

— OR —

Category: Drama
DESCRIPTION

Fil-karriera twila tiegħu, Karmenu Aquilina dderieġa bosta drammi li ntlaqgħu tajjeb kemm mill-pubbliku kif ukoll mill-kritiċi, u żgur ma għandux bżonn ta’ introduzzjoni fost dawk li huma midħla tal-palk Malti. Imma x-xogħlijiet teatrali oriġinali tiegħu għal ħafna snin baqgħu jistennew biex forsi xi darba jaraw id-dawl. Sa fl-aħħar hawnhekk qiegħed jippreżenta din it-triloġija ta’ drammi li, mil-lat tematiku-ideoloġiku, kif ukoll mil-lat stilistiku-tekniku, jistħoqqilhom skrutinju serju għax jixhdu moħħ għarriexi u pertinenti.

Ma setax ikun li l-esperjenza vasta tiegħu fit-teatru ma tixprunax l-immaġinazzjoni fertili tiegħu lejn orizzonti ġodda. Jgħaddi mis-serenità tal-esperjenza umana għat-tempesti qliel tat-tbatija. Jorbot ir-ruħ tal-individwu mal-flaġelli li s-soċjetà tgħaddih minnhom. Ma jinħeliex itiegħem ir-romantiku, imma l-boxxla tal-għarfien tgħaddih minn kull morr sa ma jwassal lill-udjenza tagħraf qagħdietha.

Tnejn mid-drammi ġew ippremjati Malta u l-ieħor barra.

Mario Cassar

RELATED BOOKS

  • Qawmien Tliet Drammi

    by Qawmien Tliet Drammi

    €35.00
  • Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra

    by Irġiel tat-Tiben u Żewġ Drammi Oħra

    €30.00

Links

About US

Our Office Hours

Mon-Fri: 09:00-18:00
Sat: closed
Sun: closed

@ 2020 Horizons | All Rights Reserved
Qawmien Tliet Drammi Mużajċi tat-tafal Scroll to top