Untitled Document
Victor Fenech – L-Għorfa f’Tarf l-Irdum – €12

Malta lejn tmiem is-seklu 18. Tlitt itfal jisfidaw il-biża’ u l-preġudizzju tar-raħal żgħir tagħhom, jidħlu f’għorfa abbandunata mkebba f’misteru antik, u jinqabdu f’sensiela ta’ ġrajjiet li żgur qatt ma ħolmu bihom.

Kif setgħu jobsru li taħt l-istess raħal tagħhom għadha teżisti dinja oħra – id-“Dinja ta’ Taħt’’ tal-ħrejjef antiki – u li fiha għadhom jgħammru żewġ tribujiet opposti f’kunflitt etern minħabba r-raġġi tax-xemx?

Kif kien possibbli li ż-żewġ tribujiet baqgħu jeżistu fid-dinja ta’ taħt l-art għal tant żmien? Għaliex kien importanti għaż-żewġ naħat li jaħtfu lit-tfal taħt idejhom mill-aktar fis? U x’daħlu jagħmlu s-sħaħar iż-żgħar li jgħammru fil-foresta?

F’din l-avventura, jew fantasija gotika, niltaqgħu ma’ għadd ta’ protagonisti mhux tas-soltu, kif ukoll ma’ xi drawwiet qodma tal-ibgħad  antenati tagħna. Nassistu wkoll għall-ġlieda eterna bejn il-ħajjen u t-tajjeb, anki jekk kultant il-linja ta’ bejniethom hi xi ftit oskura.

Jirnexxilhom it-tfal mid-Dinja ta’ Fuq isibu triqthom lura lejn ir-raħal minsi ta’ Ħal Belusa? U int, il-qarrej, x’taħseb dwar il-ġrajja: seħħet jew ma seħħitx tassew? X’rabta teżisti bejn il-fantasija u r-realtà?

l-ghorfa
Untitled Document