John P. Portelli
DESCRIPTION
Illum fuq għoljietek
anke l-blat niggieżi tax-xagħri
l-għollieq u s-sagħtar niexef jiġbduni,
il-baħar fond vizzjuż isaħħarni,
il-ħuttaf ħafif iwennisni.
Fix-xejn il-milja.
U jiena hawn,
dejjem nibża’ li ma nerġax inżurek
għax ħloqt l-eżilju tiegħi
bla post,
kuljum,
bla ħin.