Wara Kull Tmiem
Ben Agius
€16.00
Category:
Rumanzi, Kotba tal-mument
DESCRIPTION
‘Af li ma tistax issalvahom ilkoll, Luciano!’
Eks saċerdot jaħrab mill-imgħoddi.
Tfajla sfortunata tfittex it-tama…
Luċjan kien qassis fi kriżi spiritwali. Dak li seħħ f’El Salvador kien għadu jsus warajh bħal ħmar il-lejl li ma jgħaddi qatt.
Kitty kienet xebba u omm sfortunata. Imrobbija fil-prostituzzjoni u l-vizzju tad-droga. Bintha ċkejkna kienet l-uniku xaqq ta’ dawl f’ħajjitha. Imma Gino ma riedx jitlaqha minn taħt idejh, u kien lest li juża lil bintha biex iżommha fil-kontroll tiegħu.
Meta t-toroq ta’ Luċjan u Kitty jiltaqgħu lejla waħda xitwija, il-passat tal-qassis jerġa’ jiġi lura bħal gelgul.